|
Fl-aħħar jiem ta’ dan ix-xahar, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed taħtar kumitat ġdid għas-sentejn li ġejjin. Filfatt, f’laqgħat bejn it-Tnejn 24 ta’ Jannar u l-Erbgħa 26 ta’ Jannar, jiġu preżentati ir-Rapporti Amministrattivi u Finanzjajri, u jiġi elett kumitat ġdid. It-Tnejn 24 ta’ Jannar issir Laqgħa Ġenerali Mista. It-Tlieta 25 ta’ Jannar issir Laqgħa Ġenerali għall-membri sabiex jaħtru parti mill-Kumitat u l-Erbgħa 26 ta’ Jannar issir Laqgħa Ġenerali għall-Bandisti u Membri Propjetarji sabiex jaħtru parti mill-Kumitat. Wara, ssir l-ewwel laqgħa tal-Kumitat. F’isem il-President tas-Soċjeta` nixtieq nirringrazzja lill-kumitat uxxenti u nħeġġeġ lill-membri, Bandisti u membri propjetarji sabiex jattendu għal dawn il-laqgħat. |