|
Il-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa titulari ta’ San Lawrenz ser isir għada l-Erbgħa 23 ta’ Lulju, 2014. Din is-sena l-ħruġ ser isir ġimgħa qabel minħabba li nhar il-Ħamis 24 ta’ Lulju, 2014, il-Belt tagħna ser tilqa’ r-relikwija qaddisa tad-demm ta’ San Lawrenz li ser tkun ġejja minn Amaseno, l-Italja. U b’hekk ikun xieraq li waqt il-Pontifikal li ser isir fl-istess ġurnata jkun hemm l-Istatwa Titulari barra min-niċċa. Bħal dejjem inħeġġu lill-Vittoriosani li tant iħobbu lil San Lawrenz sabiex jattendu għall-quddies li tibda fis-6pm u wara għall-ħruġ min-niċċa tal-istatwa. |