Ġimgħa tal-Banda

Mit-Tnejn 26 ta’ Marzu, sal-Ġimgħa 30 ta’ Marzu, diversi soċjetajiet mużikali f’pajjiżna bdew jorganizzaw il-Ġimgħa tal-Banda. Din l-attivita` ġiet organizzata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda. Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ħadet sehem bis-sħieħ f’din il-ġimgħa tant, li kienu bosta l-attivitajiet li saru, fosthom Talk lill-istudenti tal-iskola Primarja tal-Birgu, stedina lit-tfal sabiex jiġu jżuru l-Wirja Ġetsemani, Stedina lil-Ġenituri u lit-tfal sabiex jassistu għall-Programm ta’ Mużika fl-okkkażjoni tal-Ftuħ tal-Wirja, kif ukoll Quiz Competition għat-tfal fuq il-banda u l-mużika. Nistgħu ngħidu li r-rispons kien wieħed sodisfaċenti ferm, u nkomplu nħeġġu lit-tfal Vittoriosani sabiex jersqu u jitgħallmu l-mużika fi ħdan is-Soċjeta` tagħna.