Ġurnata ġewwa Għawdex

Nhar il-Ħamis 25 t’Ottubru, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali organizzat ħarġa għal Għawdex għall-membri u l-ħbieb tagħhom. B’konkorrenza sabiħa, dan il-grupp żar diversi postijiet ta’ interess ġewwa Għawdex. Kienet fuq kollox ġurnata fejn dan il-grupp ta’ ħbieb bidel ftit l-ambjent u flimkien ħadu pjaċir iduru il-gżira Għawdxija. Kif jista’ jonqos, l-ikla ta’ nofsinhar ma naqsitx, u kif jixhed dan ir-ritratt, il-grupp ħa pjaċir ferm b’din il-ħarġa, tant, li l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali mistennija tkompli torganizza minnhom.