Ġurnata Għawdex organizzata mill-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali

Il-Ħamis 5 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizzat ħarġa għal Għawdex għall-irġiel membri u ħbieb tas-Soċjeta`. F’din il-ħarġa, il-grupp Vittoriosan żar diversi postijiet ewlenin ġewwa Għawdex u kif jista’ jonqos, saret ikla ukoll fil-ħin ta’ nofsinhar. Dawn it-tip t’attivitajiet żgur li qed ikunu ferm interessanti u sbieħ, u grazzi għar-rispons pożittiv li qed ikollha, il-Kummissjoni bi ħsiebha tkompli tagħmel dawn it-tip ta’ ħarġiet fil-futur qarib. Iktar dettalji jiġu mħabbra fil-jiem li ġejjin. Għal iktar ritratti tal-ħarġa ta’ Għawdex nistedinkom iżżuru is-sezzjoni Gellary f’dan is-sit.