Ħarġa Familjari għal Għawdex – Il-Ħadd 13 ta’ Novembru

gozo

 

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru, 2016 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Socjeta` Mużikali San Lawrenz ser torganizza ‘Ġurnata Għawdex’ għall-familji u ħbieb tagħhom. Sejrin inżuru San Lawrenz fejn  ikollna ukoll ċ-ċans li nisimgħu quddiesa, ir-Rabat, ix-Xlendi fejn hemmhekk ikollna l-ikla ta’ nofs in-nhar u Marsalforn. It-tluq bil-private mill-Birgu huwa fis-7.30am. Il-Prezz huwa ta’ €20 kbar u €10 żgħar li jinkludi t-trasport u l-Ikel. In-noll tal-vapur jitħallas b’mod separat mill-individwu. Aħsbu kmieni sabiex ma’ toħorġux diżappuntati.