Ħarġa fil-gżira t’Għawdex

DSC00383

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju ġiet organizzata ħarġa għal Għawdex għall-Irġiel. Grupp sabiħ ta’ membri u bandisti tas-Soċjeta’ irħewla lejn il-gżira tat-tlett għoljiet fejn f’atmosfera familjari għaddew ġurnata flimkien. Wara quddiesa għall-grupp kien hemm żjarat f’postijiet t’interess madwar Għawdex, l-ikla ta’ nofs in-nhar fix-Xlendi u mumenti ta’rilassament. Attivitajiet li dejjem huma mfittxxija kull meta jiġu organizzati.