Ħarġa fil-Mellieħa il-Ħamis 16 ta’ Frar 2010

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Frar 2010, grupp ta’ madwar erbgħin persuna ingħaqdu mal-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fil-ħarġa li din organizzat fil-Mellieħa. Filfatt, dan il-grupp żar diversi postijiet fosthom is-Santwarju tal-Madonna, it-Tunnara, kif ukoll ikla ta’ nofsinhar ġo dak li hu magħruf bħala d-Danish Village. Peress li l-attivita` kienet waħda tajba ħafna, diversi persuni diġa` qed iħeġġu lil din il-Kummissjoni sabiex tibda taħseb ħa torganizza ħarġa oħra kulturali.