Ħarġa għal Għawdex

Nhar il-Ħamis 25 t’Ottubru, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali ser torganizza ħarġa għal Għawdex għall-membri tas-Soċjeta` u l-ħbieb tagħhom. Waqt din il-ħarġa, ser nżuru diversi postijiet ta’ interess, kif ukoll ser mmorru għall-ikla ta’ nofsinhar flimkien. Il-prezz ta’ din il-ħarġa hu ta’ €20 li jinkludi t-trasport kif ukoll l-ikla ta’ nofsinhar. It-tluq ikun mix-xatt fis-7.15 am. Biljetti mingħand il-kaxxier Oscar Adami.