Ħarġa Kulturali it-Tlieta 18 t’Ottubru

Nhar it-Tlieta 18 t’Ottubru grupp ta’ persuni marru għal ħarġa oħra kulturali organizzata mill-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa. Wara l-ħarġiet ġewwa Għawdex u l-Mellieħa, il-Kummissjoni din id-darba marret iżżur il-Palazzi Presidenzjali ta’ San Anton u Verdala ġewwa l-Buskett, il-Belt tal-Imdina kif ukoll dawra ġewwa r-Rabat, fejn ma naqasx l-appuntament tal-ikla ta’ nofsinhar ġewwa Restaurant ewlieni. Għal darb’oħra grupp tajjeb ta’ persuni akkumpanja lill-membri tal-Kummissjoni f’din il-ħarġa, u dan jawgura tajjeb sabiex jiġu organizzati iktar attivitajiet ta’ din ix-xorta fil-futur qarib.