Ħlas ta’ Menswalita’ għas-sena 2014

Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa Ftit ġranet oħra tiġi fit-tmiem tagħha s-sena 2013. F’dan iż-żmien tas-sena tibda tinġabar il-Menswalita’ li hija ta’ €10 kull membru. Kull min iħallas sal-aħħar ta’ Jannar 2014 jingħata b’xejn Desk Diary tas-Soċjeta’. Minbarra dan hemm diversi benefiċċji għall-Membri fosthom li kull xahrejn jirċievu n-Newsletter ‘Leħen is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz’ biex ikunu aġġornati b’dak kollu li jkun qiegħed isir fi ħdan is-Soċjeta’. Għaldaqstant inħeġġu lill-membri sabiex isibu lill-Kaxxier jew xi membru tal-Kumitat u jħallsu l-Menswalita fil-ġranet li ġejjin.