Żjara mill-Ambaxxatur Malti fil-Belġju

Nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju filgħodu, il-President u membri mill-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz laqgħu fil-Palazz tas-Soċjeta` lill-E.T. l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Pierre Clive Agius u l-familja tiegħu. L-Ambaxxatur kien Malta fuq btala personali u sab iċ-ċans li jiġi jżurna fejn flimkien ġeddidna l-memorji tas-Safra memorabbli li l-Banda San Lawrenz għamlet fil-Belġju fl-aħħar tas-sena li għaddiet. Il-President dawwar ukoll lill-Ambaxxatur madwar il-każin kif ukoll il-Knisja ta’ San Lawrenz. Barra minn hekk, il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta` taw il-ħatra uffiċjali bħala Membri Onorarji lis-Sinjuri Geert Sciot u Ed Schoebben ħbieb, benefatturi u anke bandist mas-Soċjeta`, bħala sinjal ta’ rikonoxximent lejn is-sapport kontinwu li dawn il-persuni joffru lis-Soċjeta`.