Żjara mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru fil-11.15am l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anglu Farrugia u s-Sinjura Farrugia ser ikunu qegħdin jagħmlu żjara f’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Din ser tkun bħala parti minn żjara kulturali li ser jagħmel l-Ispeaker fil-Belt Vittoriosa fejn fost l- oħrajn ser iżur il-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz u l-Mużew Marittimu.