IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ TILQA’ LILL-EMMINENZA TIEGĦU, IL-KARDINAL MARIO GRECH

 

L-Erbgħa 10 ta’ Awwissu 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz laqgħet lill-Emminenza Tiegħu, il-Kardinal Mario Grech fid-daħla tal-Belt Vittoriosa biex flimkien mal-Arċipriet Kan. Karm Busuttil u s-Sindku John Boxall ingħata merħba f’beltna. Wara d-daqq tal-Innu Pontifiċju beda korteo li wasal sal-Knisja Kolleġġjata għall-bidu tal-Pontifikal Solenni fl-okkażjoni tal-festa.

Wara l-quddiesa l-E.T Mario Grech iltaqa’ mal-Uffiċjali tal-Kumitat fejn ġie rregalat karlotta kardinalizja.