IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’SERVIZZ FIL-FESTA TA’ SAN LEONARDU F’ĦAL KIRKOP

 

Is-Sibt 20 t’ Awwissu 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa Ħal Kirkop għall-festa ta’ San Leonardu fuq stedina tal-Ghaqda Muzikali San Leonardu A.D. 1858 fejn sar programm mużikali mill-isbaħ fil-pjazza ta’ quddiem il-każin, u wara marċ qasir.

Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, Surmast Direttur.