IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’SERVIZZ F’BURMARRAD GĦALL-FESTA TAL-QALB BLA TEBGĦA TA’ MARIJA

 

Is-Sibt 29 ta’ Ġunju 2024, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet it-tielet servizz barra l-Birgu, din id-darba ġewwa Burmarrad għall-Festa Qalb bla tebgħa ta’ Marija f’Burmarrad festa fejn sar marċ qasir mat-toroq tal-lokal u programm mużikali fuq iz-zuntier tal-knisja.
Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela.