IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’SERVIZZ FIL-FESTA TA’ KRISTU RE F’RAĦAL ĠDID

 

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2024, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa Raħal Ġdid għall-Festa ta’ Kristu Re fuq stedina tal-Kummissjoni Festa Kristu Re – Paola fejn il-banda akkumpanjat il-ħruġ tal-purċissjoni u wara għamlet Programm fuq il-planċier.

Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela.