IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ TAGĦMEL ŻJARA ĠEWWA LICATA FI SQALLIJA

 

Fil-jiem bejn l-20 u t-22 ta’ Settembru 2024, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet is-7 mawra tagħha barra minn xtutna. Fuq inizjattiva tas-Sindku John Boxall u l-Kunsill Lokali Birgu, saret żjara ġewwa Licata, Sqallija fejn il-banda tagħna ngħaqdet mal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own u flimkien bħala banda waħda sar marċ mal-baned tal-lokal u Programm Mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmastrijiet rispettivi.

Is-Sindku f’isem il-Kunsill Lokali Birgu ffirma ftehim ta’ ħbiberija mal-awtoritajiet lokali ta’ Licata, u sar ukoll skambju ta’ preżentazzjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-baned.

Mawra oħra suċċess fejn kompliet tinkiteb l-istorja tal-Birgu u tal-baned fil-Belt Rebbieħa, fil-waqt li nħarsu ‘l quddiem għal iżjed kollaborazzjoni.