Aktar fondi miksuba mis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz

Nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru, 2019 saret il-preżentazzjoni tal-kuntratti lil dawk l-għaqdiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Każini tal-Baned 2019 tal-Kunsill Malti tal-Arti. Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ibbenefikat minn dan il-fond fejn ser tkun qed tinstalla seba’ (7) tablets fuq stands fl-Arkivji mużikali tagħha fejn wieħed ikun jista jisma l-mużika li hemm fir-reportorju vast tal-Arkivji Mużikali tal-Banda tal-Birgu.

Barra minn hekk ser isir ukoll ir-restawr tal-bandalora tal-alleati. Il-presentazzjoni saret mill-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici lis-Segretarju tas-Soċjeta’ s-Sur Simon Farrugia bis-Soċjeta’ tiġi allokata sittin fil-mija tal-fondi.