Aktar fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ

AZ Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz bi pjaċir tħabbar li għal sena oħra ikkwalifikat għall-fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ fejn bi proġett li jġib l-isem ‘ The Vittoriosa Kids Music Centre’ ser tkun qegħda tinvesti aktar fil-banda u b’mod partikolari fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. L-impenn fit-tagħlim mużikali kompla jikber ukoll fejn mill-ewwel ġimgħa t’April flimkien mas-Surmast Direttur Jonathan Abela u l-Assistent Francois Borg żdied Andrew Zarb bħala għalliem. Fil-fatt nhar il-Erbgħa 11 ta’ Mejju, 2016 ġie ffirmat il-kuntratt flimkien mal-Agenzija Żgħażagħ sabiex jibda dan il-proġett. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qegħdin inwasslu aktar dettalji dwar dan u kif it-tfal tagħna jistgħu jibbenefikaw aktar mit-tagħlim mużikali li toffri mingħajr ħlas is-Soċjeta tagħna.