Aktar fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ

 

 

 

 

Il-ġimgħa li għaddiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Aġenzija Żgħażagħ saret il-presentazzjoni lis-Soċjeta’ tagħna wara li kkwalifikajna għall-fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ għas-sena 2019 taħt Skema A kif ukoll B. Fil-fatt ġibna s-soltu fondi li jkopru salarji tas-Surmastrijiet tal-iskola tal-mużika, kif ukoll xi aċċessorji oħra fosthom Team Building Session f’Għawdex għall-Allievi. U l-iskema l-oħra ikkwalifikajna ma’ ħames baned oħra fejn ħadna € 2,000 biex norganizzaw Master Classes fuq Direzzjoni.