Attard jirbaħ il-kompetizzjoni tas-Snooker

2014-05-30 19.29.23 Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju ġiet fi tmiemha l-kompetizzjoni tas-Snooker bil-finali li ntlagħbet bejn Walter Attard u Mark Spacey. Kien Attard li ħareġ rebbieħ 3-0 biex b’hekk kiseb dan l-unur fi tmiem kompetizzjoni li kienet ilha għaddejja matul dawn l-aħħar ġimgħat. Fi tmiem il-finali l-President tas-Soċjeta’ Lawrence V. Farrugia pprezenta t-Trofej lill-finalisti kif ukoll lis-Sur Lawrence Grech li għamel l-aħjar break tal-kompetizzjoni.