Attivita` fl-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Mejju, f’Jum l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz, l-entitajiet kollha involuti fil-Festa ta’ San Lawrenz, għal darb’oħra ser jorganizzaw attivita` flimkien. Din id-darba, f’din l-okkażjoni li tibda l-Countdown għall-festa, ser jiġi organizzat Pasta Buffet fis-Sala Parrokkjali. Il-Prezz ta’ din il-Pasta Buffet, flimkien ma’ Tazza Nbid jew Luminata u Deżerta, hu ta’ €8. Din l-attivita` ser tibda fit-8.00 pm. Biljetti jistgħu jinkisbu mill-persuni fil-Kumitati tal-għaqdiet tal-Festa. Għaldaqstant, nħeġġu lil kulħadd jingħaqad magħna f’dan l-appuntament annwali.