Attivita’ għall-Allievi u Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz

20160212_200908

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2016 saret ‘Pasta Night’ għall-bandisti u allievi tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Din l-attività li għaliha attendew fost l-oħrajn is-Surmast Direttur Jonathan Abela u l-Assistent Surmast Francois Borg kienet importanti peress li saret ukoll diskussjoni b’mod informali dwar il-proġetti li l-Kummissjoni Banda qegħda taħdem fuqhom għal din is-sena u s-snin li ġejjin. Wara l-festi tal-Għid huwa ppjanat li ssir attività simili oħra fejn din id-darba ser inkunu qegħdin noħorġu lill-allievi għal hike fil-kampanja.