Attivita` għax-Xhur ta’ Lulju – Awwissu 2013

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser tkun impenjata b’dawn l-attivitajiet tul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2013.
It-Tnejn 1 ta’ Lulju Bidu tax-Xogħol fuq ir-Restawr tal-faċċata tal-Każin
L-Erbgħa 3 ta’ Lulju Fl-10.00 am Laqgħa tal-Kummissjoni Finanzi
Is-Sibt 6 ta’ Lulju Fis-6.30 am Tlugħ tal-Arblu tat-Turretta
It-Tnejn 8 ta’ Lulju Fis-6.00 pm Quddiesa għar-ruħ ta’ Dr L. Buttigieg, ex-President
It-Tlieta 9 ta’ Lulju Laqgħa ta’ kordinament mal-Każin Prince of Wales
L-Erbgħa 10 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Laqgħa tal-Kummissjoni Banda
Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju Fit-8.00 pm Ikla Promozzjonali fil-Każin minn BeBirgu għall-Membri u Ħbieb tagħhom
It-Tlieta 23 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
Fis-7.00 pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ħamis 25 ta’ Lulju Fit-8.30 pm Servizz mill-Banda San Lawrenz fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta
Il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju Jingħata bidu għall-armar tal-Planċier
Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
Il-Ħadd 28 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Servizz mill-Banda San Lawrenz fil-Festa ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid
It-Tnejn 29 ta’ Lulju Armar tal-Planċier
It-Tlieta 30 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
L-Erbgħa 31 ta’ Lulju Nattendu għall-Quddiesa tal-aħħar Erbgħa f’Ġieħ San Lawrenz u wara għall-ħruġ tal-Vara bis-sehem tal-Banda
Fid-9.30 pm Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet bil-marċ brijuż tal-Mota mat-toroq tal-Belt Vittoriosa
Il-Ħamis 1 t’Awwissu L-ewwel Jum tan-Novena
Jitkompla l-armar tal-Planċier
Il-Ġimgħa 2 t’Awwissu Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
Fit-8.00 pm Ikla tal-Festa fil-Mandraġġ organizzata mill-Kumitati li jorganizzaw il-Festa
Is-Sibt 3 t’Awwissu Fid-9.30 am Kunċert Ġenerali
Red Lager Night fil-Bitħa tal-Każin bis-sehem ta’ DJ
Il-Ħadd 4 t’Awwissu Fl-10.00 am Red Gathering organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi fil-Każin
It-Tnejn 5 t’Awwissu Fit-8.00 pm Riċeviment tal-Festa fis-Sala Prinċipali tal-Każin
It-Tlieta 6 t’Awwissu Fit-7.45 pm Marċ mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq
L-Erbgħa 7 t’Awwissu Fit-8.00 pm Marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz u fid-9.15 pm tagħti bidu għall-Vittoriosa in Festa fuq il-Planċier Artistiku tas-Soċjeta`.
Il-Ħamis 8 t’Awwissu Fit-8.30 pm il-Banda San Lawrenz tagħti bidu għall-marċ tal-Antiviġilja fejn takkumpanja l-istatwa ta’ SAN LAWRENZ JAGĦTI D-DAWL LILL-GĦOMJA.
Il-Ġimgħa 9 t’Awwissu Fl-10.30 am il-Banda San Lawrenz tagħti bidu għall-marċ brijuż tat-Te Deum mat-toroq prinċipali tal-Belt Vittoriosa
Is-Sibt 10 t’Awwissu JUM IL-FESTA TA’ MISSIERNA SAN LAWRENZ
Wara l-Qudiesa tal-Festa, il-Kumitat ser jospita lill-Eċċ. Tiegħu Isqof Awżiljajru Charles Scicluna flimkien mar-Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Każin.
Fis-1.00 pm Ikla tal-Festa fir-Restaurant Don Berto
Il-Ħadd 11 t’Awwissu Żarmar tal-Planċier
Fid-9.00 pm il-Banda San Lawrenz tagħmel il-marċ tal-għada tal-Festa
L-Erbgħa 14 t’Awwissu Fl-10.00 am Laqgħa tal-Kummissjoni Finanzi
Il-Ħadd 18 t’Awwissu Fl-10.00 am il-Banda San Lawrenz tagħmel il-Marċ ta’ Filgħodu fil-Festa ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid
It-Tlieta 20 t’Awwissu Fis-7.00 pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ġimgħa 23 t’Awwissu Ikla Familjari fil-Mellieħa Holiday Complex
L-Erbgħa 28 t’Awwissu Fis-7.00 pm Laqgħa tal-Kummissjoni Ġimgħa Kbira