Attivita` tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

L-Ewwel Erbgħa ta' San Lawrenz Il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi, L-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu, Is-Soċjetà Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz u L-Grupp Armar tal-Knisja ser ikunu qed jorganizzaw jumejn t’attivitajiet għall-familja kollha fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz.

It-Tlieta 28 ta’ Mejju – Spettaklu fuq il-palk, stands tal-ikel, Bar bl-appetizers u logħob għat-tfal. L-attivitajiet jibdew mis-7.00 pm il’ quddiem taħt id-dell tal-kampnar.

L-Erbgħa 29 ta’ Mejju – BBQ Kbir flimkien ma’ spettaklu fuq il-palk taħt il-kampnar tal-Knisja ta’ San Lawrenz. L-attivitajiet jibdew fis-7.00 pm. Biljetti mingħanbd il-membri tal-Kumitati.

Inħeġġu lil kulhadd biex jattendi f’din l-okkażjoni li timmarka l-ewwel ġimgħa minn għaxra li jwassluna għad-data tant għall-qalb il-Vittoriosani, l-10 t’Awwissu.