Attivitajiet għax-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2015

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser tkun impenjata b’dawn l-attivitajiet tul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2015.
L-Erbgħa 1 ta’ Lulju Fl-10.00am Laqgħa tal-Kummissjoni FInanzi
Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju Fis-7.30pm Laqgħa tal-Kummissjoni Birgu Fest
It-Tlieta 7 ta’ Lulju Fis-7.30pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
It-Tlieta 21 ta’ Lulju Fis-7:30pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
L-Erbgħa 22 ta’ Lulju Fit-8.30pm Servizz tal-Banda fil-Balluta fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu
Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju Bidu tal-Armar tal-Planċier
Is-Sibt 25 ta’ Lulju Fit-8.00pm Ikla tal-Festa fil-bitħa tal-Każin
Il-Ħadd 26 ta’ Lulju Fis-7.00pm Servizz tal-Banda fil-Festa ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid
It-Tnejn 27 ta’ Lulju Armar tal-Planċier
It-Tlieta 28 ta’ Lulju Armar tal-Planċier
Fis-6.30pm Kunċert tal-Banda
L-Erbgħa 29 ta’ Lulju Armar tal-Planċier
Il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju Sehem fil-Funzjoni Pastorali fl-okkażjoni tal-Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa
Fid-9.30pm Jibda l-Marċ tal-Mota li jagħti bidu għaċ-ċelebrzzjonijiet tal-Festa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
Is-Sibt 1 t’Awwissu Fis-1.30pm Kunċert tal-Banda
It-Tnejn 3 t’Awwissu Inawgurazzjoni tal-Faċċata tal-Każin – Marċ mill-Banda San Lawrenz, diskorsi, mixgħela tal-Faċċata u kxif ta’ rħam mill-Onor. Ministru Joe Mizzi u Riċeviment.
It-Tlieta 4 t’Awwissu Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda.
L-Erbgħa 5 t’Awwissu Fit-8.00pm Riċeviment tal-Festa
Il-Ħamis 6 t’Awwissu Fis-6.30pm Kunċert Ġenerali
Fit-8.00pm Marċ mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq
Il-Ġimgħa 7 t’Awwissu Fit-8.00pm Marċ mill-Banda San Lawrenz minn Triq il-Mina l-Kbira sal-Pjazza tal-Belt Vittoriosa fejn isir il-Programm Mużikali Vittoriosa in Festa fuq il-Planċier Artistiku tas-Soċjeta`
Is-Sibt 8 t’Awwissu L-Antiviġilja ta’ San Lawrenz – Fid-8.45pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkumpanja lill-istatwa ta’ San Lawrenz Jagħti d-Dawl lill-Għomja sat-tlugħ fuq il-kolonna.
Il-Ħadd 9 t’Awwissu Lejliet il-Festa – Fl-10.30am Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħti bidu għall-Marċ Tradizzjonali tat-Te Deum.
It-Tnejn 10 t’Awwissu SOLLENITA` TAL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ
Fid-9.00am Delegazzjoni mill-Kumitat tattendi għall-Quddiesa tal-Festa
Fin-12.30pm Ikla tal-Festa ġewwa Don Berto Restaurant
It-Tlieta 11 t’Awwissu Żarmar tal-Planċier
Fid-9.00 pm Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkumpanja lill-Istatwa ta’ San Lawrenz Jagħti d-Dawl lill-Għomja mill-inżul fuq il-Kolonna sad-Dħul fl-Oratorju tal-Kurċifiss.
Il-Ġimgħa 14 t’Awwissu Fis-7.00 pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali.
Is-Sibt 15 t’Awwissu SANTA MARIJA – Festa Kmandata
Il-Ġimgħa 21 t’Awwissu Fid-9.00pm Sehem tal-Banda San Lawrenz fil-Festa ta’ San Leonardu ġewwa Ħal Kirkop
Il-Ħadd 23 t’Awwissu Fl-10.30 am Marċ ta’ Filgħodu mill-Banda San Lawrenz fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid.
Il-Ġimgħa 28 t’Awwissu BBQ fil-Mellieħa Holiday Complex ġewwa l-Għadira.