Attivitajiet għax-Xhur ta’ Mejju – Ġunju 2014

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser tkun impenjata b’dawn l-attivitajiet tul ix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2014.
Il-Ħamis 1 ta’ Mejju Festa Pubblika Jum il-Ħaddiem
Il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju Ħarġa għal Għawdex għall-Irġiel
L-Erbgħa 7 ta’ Mejju Fl-10:00am Laqgħa tal-Kummissjoni Finanzi
L-Erbgħa 14 ta’ Mejju Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kummissjoni Banda
L-Erbgħa 21 ta’ Mejju Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira
It-Tlieta 27 ta’ Mejju Mota tal-Erbgħat f’ġieħ San Lawrenz
L-Erbgħa 28 ta’ Mejju L-Ewwel Erbgħa f’ġieħ San Lawrenz
Miġja tal-Istatwa Titulari ta’ Missierna San Lawrenz mir-Restawr. Fis-6:00pm Ħruġ tal-Vara mill-Oratorju tal-Kurċifiss għall-Pjazza fejn issir Quddiesa, wara l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tieħu sehem fil-Proċessjoni bid-daqq ta’ Innijiet Lawrenzjani. Kif tintemm iċ-Ċelebrazzjoni Ikla ta’ l-Ewwel Erbgħa fil-Bitħa tal-Każin
L-Erbgħa 4 ta’ Ġunju Fl-10:00am Laqgħa tal-Kummissjoni Finanzi
Is-Sibt 7 ta’ Ġunju Festa Pubblika Sette Giugno
It-Tlieta 10 ta’ Ġunju Fis-7:00pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju L-Ewwel Tqarbina – Sehem tal-Banda San Lawrenz
Is-Sibt 21 ta’ Ġunju Fanfarra fil-Proċessjoni ta’ Corpus li toħroġ mill-Knisja tal-Lunzjata. Fit-8:30pm BBQ f’Lukanda
Il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju Fit-8:30pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tieħu sehem fil-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Qrendi
Il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Sehem il-Banda Vittoriosana San Lawrenz waqt il-Proċessjoni
Il-Ħadd 29 ta’ Ġunju Festa Pubblika L-Imnarja