Attivitajiet għall-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

Il-Kummissjoni Attivitjiet Soċjali tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa qiegħda tħabbar żewġ attivitajiet fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz. Fil-fatt it-Tlieta 28 ta’ Mejju 2019 ser isir Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca, fil-waqt li l-Erbgħa 29 ta’ Mejju 2019 ser issir ikla fuq iz-zuntier tal-knisja taħt il-kampnar. Iktar dettalji fil-posters, fil-waqt li menu tal-ikla jkun imħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.