Attivitajiet mis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fl-okkażjoni tal-Anniversarju tal-25 Sena President, il-Viżta tal-Kardinal Propsero Grech u l-Festa ta’ San Lawrenz 2012

Fl-okkażjoni tal-Festi Speċjali tal-25 Sena Anniversarju President tas-Sur Lawrence V. Farrugia, fl-okkażjoni tal-viżta tal-Kardinal Prospero Grech fil-Festa, kif ukoll fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Missierna San Lawrenz, dan hu l-programm imħejji mis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz għall-ġranet tal-Festa ta’ din is-sena, flimkien m’attivitajiet oħra li s-Soċjeta` ser tieħu sehem uffiċjalment fihom.
It-Tnejn 30 ta’ Lulju Fis-6.00 pm Quddiesa Konċelebrata mmexxijja mill-Wisq Rev. Arċipriet Joe Cilia flimkien mal-Kappillani Onorarji tas-Soċjeta` bħala ringrazzjament tal-25 sena President tas-Soċjeta`. bis-sehem tal-Banda San Lawrenz. Tieħu sehem il-Banda San Lawrenz flimkien mal-Kor immexxi minn John Mifsud.
It-Tlieta 31 ta’ Lulju Fis-6.00 pm Quddiesa għall-membri tal-Kumitati involuti fl-organizzazjoni tal-Festa u d-devoti ta’ San Lawrenz. Wara jsir il-ħruġ tal-vara bi proċessjoni mal-Knisja fejn titpoġġa fuq l-bankun fil-kursija waqt li jitkanta l-Innu Popolari. Wara jsir kant tal-antifona, barka sagramentali u bews tar-Relikwija.
Fid-9.30 pm Marċ tal-Mota tan-Novena mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz mat-toroq Prinċipali tal-Belt Vittoriosa.
L-Erbgħa 1 t’ Awwissu Fis-7.30 pm tinfetah il-Wirja ġewwa l-każin marbuta mal-anniversarju tal-25 Sena President u tberik mill-Arċipriet.
Fit-7.45 pm tinkixef l-irħama l-ġdida tal-100 sena u titbierek mill-Arċipriet.
Fit-8.15 pm ssir Red Lager Night ġewwa l-Każin bis-sehem ta’ Disc Jockey popolari – Ronald Briffa.
Fl-10.00 pm jsir marċ brijuż mill-Banda San Lawrenz li jibda minn quddiem il-każin.
Il-Ħamis 2 t’Awwissu Fit-8.00 pm jibda marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz, akkumpanjat mill-Għaqdiet tal-Birgu u Soċjetajiet Mużikali Maltin.
Fid-9.00 pm jibda Programm Vokali u Strumentali fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta` biex jitfakkar il-25 Sena tal-President.
Il-Ġimgħa 3 t’Awwissu Fit-8.00 pm ser issir ikla grandjuża taħt il-kampnar tal-knisja, organizzata bejn l-entitajiet kollha tal-festa.
Il-Ħadd 5 t’Awwissu Riċeviment tal-Festa ġewwa l-Każin għall-personalitajiet distinti, Każini tal-Baned, Soċjetajiet tal-Birgu, Bandisti u Sostenituri tas-Soċjeta`.
It-Tnejn 6 t’Awwissu Il-Marċ taż-Żgħażagħ – Marċ mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel mat-toroq tal-Birgu. Wara jittella’ Audio Visual Show mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi.
It-Tlieta 7 t’Awwissu Vittoriosa in Festa – Fit-8.00 pm Marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz u fid-9.00 pm jibda Vittoriosa in Festa, Programm Mużikali fuq il-Planċier tas-Soċjeta` f’Misraħ ir-Rebħa.
L-Erbgħa 8 t’Awwissu L-Antiviġilja – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ fejn takkompanja l-istatwa ta’ San Lawrenz Jagħti d-Dawl lill-Għomja.
Il-Ħamis 9 t’Awwissu Lejliet il-Festa – Fl-10.00 am jibda l-Marċ magħruf tat-Te Deum mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu Fit-8.30am il-poplu tal-Birgu jilqa’ lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prosperu Grech fejn takkompanjah sal-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz biex jieħu l-Pussess ta’ Kanonku Onorarju u wara jmexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-Festa Liturġika ta’ San Laawrenz.
Wara l-Quddiesa jingħata ‘Ġieħ il-Birgu’ mis-Sindku s-Sur John Boxall u jitla’ fl-Awla Kapitulari għar-ritratt. Mbgħad il-Kardinal flimkien mal-mistiedna distinti jitilgħu l-Każin tal-Banda San Lawrenz għall-kxif ta’ lapida kommemorattiva u jsir Riċeviment.
Fis-1.00 pm Ikla għad Unur il-President fid-Don Berto Restaurant.
Is-Sibt 11 t’Awwissu Fid-9.00 pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkompanja l-istatwa ta’ San Lawrenz Jaghti d-Dawl lill-Għomja minn fuq il-kolonna sal-Oratorju ta’ San Ġużepp.
Il-Ħadd 12 t’Awwissu Ħarġa għal Għawdex organizzata mill-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz biex ingawdu l-Festa ta’ San Lawrenz ġewwa Għadwex.