BBQ il-Ġimgħa 26 t’Awwissu

Wara s-suċċess tal-BBQ li ġie organizzat nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa, ser torganizza BBQ ieħor nhar il-Ġimgħa 26 t’Awwissu fid-Danish Village ġewwa l-Mellieħa. Il-prezz għal dan il-BBQ ser ikun ta’ € 20, li jinkludi għażla sħieħa ta’ Antipasto, Bouffet varjat ta’ laħam u ħut, kif ukoll deżerta. Għal iktar informazzjoni nistedinkom taraw il-Poster kif ukoll tavviċinaw xi membri tal-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali. Biljetti ser ikunu għand il-Kaxxier u l-Barman tas-Soċjeta`.