BBQ il-Ħamis 28 ta’ Ġunju

Nhar il-Ħamis 28 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa, ser torganizza BBQ f’atmosfera familjari fil-Mellieħa Holiday Complex (Danish Village) ġewwa l-Mellieħa. Il-prezz għal dan il-BBQ ser ikun ta’ € 22, li jinkludi għażla sħieħa ta’ Antipasto, Bouffet varjat ta’ laħam u ħut, kif ukoll deżerta. Għal iktar informazzjoni nistedinkom taraw il-Poster kif ukoll tavviċinaw xi membri tal-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali. Biljetti ser ikunu għand il-Kaxxier u l-Barman tas-Soċjeta`.