Be Birgu jonoraw lill-Presidenti tas-Soċjetaˋ

 

Nhar il-Ħadd 4 t’Awwissu, 2019 id-Diretturi ta’ Be Birgu stiednu lill-Kumitat, Presidenti Onorarji, Surmastrijiet u persuni oħra viċin is-Soċjetaˋ Ikla fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca. Din saret bħala tislima lill-ex President Lawrence V. Farrugia li għadu kemm temm il-kariga kif ukoll bħala merħba lill-President il-ġdid Bjorn Callus.

Id-Diretturi ta’ Be Birgu ppreżentaw ukoll tifkira tal-okkażjoni. Lejn tmiem is-serata wara li saru d-diskorsi , is-Sur Lawrence V. Farrugia ġie mogħti rigal ta’ tifkira mill-President u l-membri tal-Kumitat bħala rikonoxximent għal aktar minn ħamsin sena ħidma fi ħdan is-Soċjetaˋ.