BeBirgu Easter Snooker competition

Snooker Comp Ftit tal-ġranet ilu spiċċat kompetizzjoni oħra tas-Snooker. Issa qbadna ritmu tant li qegħdin nagħmlu kompetizzjoni kważi kull xahar. Dan huwa grazzi għall-parteċipanti kollha li draww is-sistema li nilgħabu fil-ġurnata u fil-ħin allokat għal kull logħba u għalhekk qegħdin nibdew u nispiċċaw kull kompetizzjoni kif xtaqna.

Grazzi wkoll lill-membri li ma’ jilgħabux iżda huma dilettanti tas- Snooker u li kuljum qegħdin jimlew il-bankijiet tas-Sala bl-imġieba tajba ħafna. Prosit u ejja nkomplu sejrin hekk

Nistgħu ngħidu li kellna kompetizzjoni akkanita ħafna fejn anki kellna xi sorprizi. U dak hu li jagħmel il-kompetizzjoni aktar sabiħa għax il-livell kien viċin ta’ xulxin u kellna ħafna logħob li ntrebaħ fl-aħħar kolpi. U xi ngħidu għall-finali? Din kienet bejn Hector Galea u Brian Busuttil u ma setgħetx tkun aktar eċċitanti milli kienet. Fl-aħħar frame Hector ried jagħmel il-Black ball biex jiġi ndaqs ma’ Brian u hekk ġara. Għalhekk kellha terġa titla l-Black ball u min jgħamila jkun ir-rebbieħ. U fil-fatt reġa għamilha Hector biex sar iċ-champion ta’ din il-kompetizzjoni.

Filwaqt li nifirħu lil Hector bħala r-rebbieħ u lil Brian bħala finalista, nixtieq ngħid prosit lill-parteċipanti kollha tal-koperazzjoni li qed juru.

Grazzi speċjali tmur għal BeBirgu talli reġgħu kienu l-isponsors ta’ din il -kompetizzjoni wara li ftit xhur ilu sponsorjaw il-Christmas Snooker Competition. Thanks so much Geert and Ed.

Ma nistgħux ma ngħidux grazzi lill-kumitat talli dejjem offrilna s-sala u tana ċ-ċans li norganizzaw dawn il-kompetizzjonijiet kollha u dejjem sibna s-support meħtieġ……..Grazzi lil kulħadd.