BIRGU BY CHRISTMAS LIGHTS – CAROLS MILL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ

 

 

 

Nhar il-Ġimġħa 16 ta’ Diċembru 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet impenjata bl-ewwel servizz tagħha fil-ġranet tal-Milied, permezz ta’ daqq ta’ Carols mat-toroq tal-Birgu bejn 6pm u 8pm. Dan is-servizz sar bħala parti mill-attività Birgu my Christmas Lights organizzata mill-Kunsill Lokali Birgu. Ta’ min jgħid kif kważi nofs il-mużiċisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienu bandisti tal-post.