Birgu Fest 2010

Mill-Ġimgħa 8 t’Ottubru sal-Ħadd 10 t’Ottubru, fil-Birgu ser tkun qed tiġi organizzata il-Birgu Fest 2010. Din l-attivita`, li nistgħu ngħidu hi waħda ferm popolari mal-Maltin tant li saret appuntament annwali, ser ikun fiha numru kbir t’attivitajiet u kuntrarju għas-snin ta’ qabel, ser ikun hemm ukoll numru kbir ta’ palkijiet armati madwar il-Birgu fejn ser ikun hemm programm ta’ divertiment għaddej. Żgur pero` li l-aktar għan ambizzjuż ser ikun dik li jinxtegħlu iktar minn 10,000 xemgħa is-Sibt 9 t’Ottubru, bit-tama li l-Birgu għad dawl tax-xemgħa fil-Birgu Fest 2010 ikun imniżżel fil-Guinnees Book of Records.
Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ħasbet sabiex torganizza ruħha mill-aħjar li tista’ għal dawn it-tliet ijiem. Minnbarra li ser ikollna stands tal-ikel u xorb armati fil-pjazza kif ukoll Wine Bar fuq is-Simenta, il-faċċata tal-każin ser tkun mixgħula bid-dawl tax-xemgħa, kif ukoll fis-Sala tal-Arkivju ż-żgħir ser inkunu qed nospitaw Wirja ta’ Pitturi. Barra minn hekk, wara is-suċċess tas-snin ta‘ qabel, ser ikun hemm ukoll Fiera tal-Kotba Second Hand. Għaldaqstant, nħeġġu lilkom sabiex tiġu l-Birgu u fuq kollox tiġu żżuru l-każin u l-istands tagħna.

Agħfas fuq l-istampa biex tara il-Programm sħieħ tal-attivitajiet