Mil-lejla u matul il-ġranet tal-Birgu Fest 2016 quddiem ‘Palazzo Huesca’ sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ikun
hemm Snack Bar u Wine Bar armati. Minn dawn, apparti varjeta ta’ xorb wieħed ikun jista wkoll jitrejjaq xi ftit fl-atmosfera sabiħa tal-Belt tagħna. Platt tradizzjonali ta’ ikel Malti, Bebbux, Hot Dogs, Cheese Platters, Hobż biż-żejt , sandwiches u kannoli huma fost l-ikel li tista’ ssib f’dawn l-istands. Biex issib dawn l-istands huwa faċli ħafna. Hekk kif tidħol fil-Pjazza ewlenija tal-Birgu l-aktar bini li jispikka bil-ġmiel tiegħu huwa ‘Palazzo Huesca’ jew inkella wieħed jista jistaqsi għall-Banda tal-Birgu kif jafna kulħadd u kif hemm indikat fuq l-istands armati għal din l-okkażjoni. Fl-istess waqt Palazzo Huesca ser ikun miftuħ għall-wiri fejn hemm ukoll numru ta’ esebizzjonijiet tal-pittura u book fair. Birgu Fest bejn illum il-Ġimgħa 7 t’Ottubru u l-Ħadd 9 t’Ottubru.