Bħala parti mill-attivitajiet li qed torganizza s-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz fl-okkażjoni tal-Birgufest 2019, ser ikun hemm wirjiet ta’ pittura f’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Il-wirjiet li jkun miftuħin kemm il-Ġimgħa 11 kif ukoll is-Sibt 12 t’Ottubru mis-7 ta’ filgħaxija l-quddiem ser ikunu f’waħda mis-swali prinċipali tal-Palazz.
Minbarra dan wieħed ikun jista jdur is-swali kollha sabiex japprezza r-rikkezzi li hemm f’dan il-Palazz uniku. Ser ikun hemm ukoll Book Fair f’kamra oħra tal-istess lokal.
U bħala parti mill-‘Vittoriosa by Candlelight’ nhar is-Sibt 12 t’Ottubru, 2019 is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun qed tesegwixxi l-‘Birgu Youths Candlelight Concert’. Dan il-programm li huwa bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Birgu ser jittella’ fil-Couvre Porte Belvedere, preċiżament fid-daħla tal-Belt Vittoriosa u jibda fis-7.30pm. Dan ser ikun Programm innovattiv u b’differenza b’interazzjoni mal-pubbliku, bil-Bandisti u l-Allievi tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Francois Borg.
Fl-istess ġranet quddiem l-istess Palazz ser ikun hemm armati stands tal-Ikel b’varjeta ta’ ikel fosthom Pulled Pork, Platt Malti, Bebbux, Ħobż biż-żejt, Chilli con Carne, Wraps u aktar.