BIRGUFEST 2022

 

Bejn il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2022 ġie mtella’ il-Birgufest fejn is-Soċjetà tagħna kien impenjata kemm bis-stands tal-ikel kif ukoll bis-sehem tal-banda. Żgur li nibqgħu niftakru l-atmosfera sabiħa li kien hemm waqt il-programm li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tellgħet is-Sibt 8 ta’ Ottubru f’Couvre Porte fejn l-udjenza mhux talli ħadet gost tisma’ s-siltiet mużikali imma kompliet magħha bi żfin u ċapċip. Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Christoper Pisani u Melanie Mizzi.

Palazzo Huesca kien ukoll miftuħ għall-pubbliku fejn numru sabiħ ta’ persuni żaru l-każin u setgħu jammiraw il-ġmiel ta’ palazz li għandha s-Soċjetà tagħna. Fil-Każin kien hemm żewġ wirjiet: waħda ta’ ritratti relatati mal-festa minn Gabriel Treeby Coleiro u oħra ta’ pitturi minn Ray Grillo u Joanne Mamo.