Bosta personalitajiet distinti jattendu għar-riċeviment tal-Festa

IMG-20160806-WA0005

Nhar il-Ġimgħa 5 t’Awwissu fis-swali prinċipali ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz sar ir-riċeviment annwali tal-Festa. Fost il-mistednin distinti, diversi Ministri, Segretarji Parlamentari, Membri Parlamentari, Membri tal-Kapitlu, rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Birgu, Bandisti, Membri u benefatturi tas-Soċjeta’ Fid-diskors tal-okkażjoni l-President is-Sur Lawrence V. Farrugia tkellem dwar is-sena ħidma fi ħdan is-Soċjeta’ u rringrazzja lid-diversi benefatturi li kienu ta’ għajnuna sabiex intlaħqu l-miri stabbiliti. Awgura li l-Festa 2016 tkun waħda li tikkonferma l-maturita li nkisbet fl-aħħar snin.’