BRIAN CARUANA JIRBAĦ IL-BEBIRGU EASTER SNOOKER TOURNAMENT

 

 

 

Fil-finali li ntlgħabet il-bieraħ fis-Sala tal-Billiard ta’ Palazzo Huesca, Brian Caruana għeleb lil Leli Degiorgio 2-0 biex b’hekk kien dikjarat rebbieħ tal-BeBirgu Easter Snooker Torunament. Barra minn hekk, Brian irnexxielu wkoll jagħmel l-ogħla break f’din il-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni Billiard fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tawgura lir-rebbieħ u lill-finalist, kif ukoll tirringrazzja lill-parteċipanti kollha. Nħeġġukom tkomplu ssegwu din il-paġna għal Tournaments futuri li ser iseħħu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.