Christmas Snooker Competition

 

Il-Kummissjoni Billiard fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza l-‘Christmas Snooker Tournament’. Il-logħob jintlagħab fuq l-aqwa minn tlett frames bid-data tal-għeluq tkun il-Ħadd 7 ta’ Diċembru, 2019 hekk kif fl-istess ġurnata jitilgħu l-poloż ta’ din il-kompetizzjoni.

Kull parteċipant irid iħallas €5 għas-sehem tiegħu f’din il-kompetizzjoni. Kull min hu interessat għandu jikkuntattja lil Marco Zammit, Jeffrey Grixti, Lawrence Sullivan jew Leli Degiorgio.