Dalgħodu l-Marċ tat-Te Deum

4 Illum lejlet il-Festa ta’ San Lawrenz fl-10am l-Banda Vittoriosana tagħmel il-marċ tradizzjonali tat-Te Deum. Il-marċ jibda minn quddiem il-Knisja u hekk kif il-Banda tasal f’Misraħ ir-Rebħa jinfetaħ il-ballun tradizzjonali. Wara l-banda tkompli tallegra lill-poplu Vittoriosan u l-Maltin u turisti li jżuru din il-belt b’marċi ferrieħa fost briju kbir. Il-marċ jiġi fi tmiemu fis-2pm.