Dalgħodu l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ tradizzjonali tat-Te Deum

Illum il-Ħamis 9 t’Awwissu, 2018 lejlet il-Festa tal-Patrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz fl-1030am il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ tradizzjonali tat-Te Deum. Il-marċ jibda minn quddiem il-Knisja u hekk kif il-Banda tasal fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa jinfetaħ il-ballun tradizzjonali. Wara l-banda tkompli tallegra lill-poplu Vittoriosan u l-Maltin u turisti li jżuru din il-belt storika b’marċi ferrieħa fost briju kbir. Il-marċ jiġi fi tmiemu fis-230pm quddiem ‘ Palazzo Huesca’