Easter Cold Buffet

Nhar Sibt il-Għid, wara l-funzjoni tal-Knisja, għal darb’oħra, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed torganizza Cold Buffet ġewwa l-każin. Din l-ikla Tradizzjonali, għall-Prezz ta’ € 8, saret il-preludju taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Rxoxt f’Beltna, li jilħqu l-qofol tagħhom l-għada filgħodu waqt il-proċessjoni ta’ Kristu Rxoxt. Għaldaqstant, il-Kumitat tas-Soċjeta` jħeġġeġ lill-kulħadd sabiex tingħaqdu magħna f’atmosfera ferriħija ġewwa l-każin. Għal iktar informazzjoni, kulħadd hu mitlub li javviċina lill-Kaxxier jew lill-Barman tas-Soċjeta`.