‘El Ritmo Latino’ – it-Tema tal-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ – Nhar il-Ħadd 7 t’Awwissu

Poster Programm 7 t'Awwissu 2016 2

 

 

Bħal-lum xahar,il-Ħadd 7 t’Awwissu, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tippreżenta l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ bl-isem għal din is-sena jkun ‘El Ritmo Latino’. Fil-fatt it-tema’ magħżula għall-Programm ta’ din is-sena hija dik ta’ mużika Latin b’xelta varja ta’ dan il-ġeneru mużikali. Flimkien mal-Banda li tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela ser jingħaqdu l-kantanti JAnvil, Ludwig Galea u Alwyn Borg Myatt, iż-żeffiena mill-Pro Touch u Happy Days Dance Schools u l-kitarrista Jonathan Ellul. Preżentazzjoni tal-Programm li jibda fid-915pm fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta` ser tkun f’idejn Quinton Scerri.