ELEZZJONI KUMITAT 2021/22

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju, 2021 ser isiru żewġ Laqgħat Ġenerali għall-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz għas-snin 2021/2022.

Fis-6.30pm ser issir Laqgħa Ġenerali għall-Bandisti u Membri Propjetarji fejn iridu jiġu eletti President, Viċi President, Segretarju, Kaxxier, Delegat tal-Banda, Arkivista u Deputat.

Fis-7.30pm issir Laqgħa Ġenerali għall-Membri sabiex jiġu eletti Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u erba’ rappreżentanti tal-Membri.

Il-Bandisti u l-membri tas-Soċjeta’ huma mħeġġa li jattendu.  Dawn iridu jagħmlu kuntatt fuq il-paġna ta’ facebook jew b’email fuq agm@stlawrencebandclub.com jew fuq 9942 8597 sabiex jingħataw aċċess għal SKYPE.