Elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali għas-Snin 2019-2020

Is-Segretarju tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa qiegħed jilqa’ nomini għall-uffiċjali u membri tal-Kumitat Ċentrali għas-snin 2019-2020. Dawn in-nomini għandhom jaslu għand is-Segretarju sa mhux aktar tard mill-Ħadd 17 ta’ Marzu 2019. Importanti ħafna li kull nomina tkun ffirmata mill-kontestant, u tkun proposta u sekondata minn Bandist jew Membru Propjetarju, Bandist jew Membru.

Formoli ta’ Nominazzjonijiet jistgħu jinġabru mingħand s-Segretarju jew mniżżla billi tagħfas fuq Nomina Kumitat 2019