English Breakfast fil-Każin qabel il-Marċ ta’ filgħodu – Is-Sibt 9 t’Awwissu, 2014

BFAST Għal darb’oħra qed jiġi organizzat Breakfast qabel il-Marċ ta’ filgħodu nhar is-Sibt 9 t’Awwissu, 2014 fit-830am. Jidher li din l-attivita’ daħlet sew fil-Kalendarju tal-attivitajiet tal-Każin fejn f’atmosfera informali nibdew minn sbieħ il-jum niċċelebraw flimkien lejlet il-Festa tal-Padrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz. Kull min huwa nteressat għandu jagħmel kuntatt ma’Chris Pisani fuq 9945 8159. Prezz € 5.