Esebizzjoni ta’ Snooker minn Drago fil-Każin tal-Banda tal-Birgu

drago

Nhar il-Hadd 16 ta’ Ottubru 2016, fis-sala ewlenija tal-isnooker fi hdan ‘Palazzo Huesca’, intlagħbet ‘The Ultimate Tony Drago Cisk Snooker Challenge’. F’din l-attivita’, xi membri tas-Soċjeta’ kellhom l-opportunita’ li jilgħabu kontra Tony Drago nnifsu. Il-Kummissjoni Billiard flimkien mal-President tas-Socjeta’ taw token xieraq lil dan il-player Malti ta’ fama internazzjonali filwaqt li s-Soċjeta’ ngħatat token ta’ apprezzament mingħand rappreżentant ta’ Simonds Farsons. Din kienet attivita’ fejn kien hemm diversi nies u membri li attendew bi ħġarhom. Drago min naħa tiegħu ma naqasx li juri l-kapaċitajiet tiegħu f’dan l-isport li huwa ferm popolari fi ħdan is-Soċjeta’ tagħna.